Pro Recco………………….. 13
Olympiakos SFP…………. 11
(3-0, 1-2, 3-3, 2-4) (4-2)
(Wara l-għoti tal-penalties)
F’semi-finali mill-isbaħ tal-Len Champions League, Pro Recco għelbu lil Olympiacos bl-iskor ta’ 13-11 wara l-għoti tal-penalties biex b’hekk kisbu l-passaġġ għall-finali fejn se jkunu qed ifittxu li jiksbu r-raba’ suċċess konsekuttiva.
Pro Recco rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-0, b’goals minn Gonzalo Echenique, Giacomo Cannella, u Francecso Condemi.
Olympiacos wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers ikunu Konstantinos Genidounias u Marton Vamos. Aaron Younger skorja l-uniku goal għat-Taljani.
It-tielet sessjoni spiċċat fi draw ta’ 3-3 fejn għall-Griegi skorjaw Iannis Fortujis, Alexandros Papanastasiou u Konstantinos Genidounias minn penalty. Ben Hallock, Francesco Di Fulvio u Aaron Younger wieġbu għal Pro Recco.
Il-Griegi rebħu r-raba’ sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bl-awturi tal-goals ikunu Konstantinos Genidounias, Iannis Alavragis, Marton Vamos minn penalty, Dimitros Dimou. Gergo Zalanki u Francesco Di Fulvio wieġbu għal Pro Recco.
L-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari baqa’ ma nbidilx biex b’hekk kellhom jingħataw il-penalties li minnhom it-Taljani ttrijonfaw bl-iskor ta’ 4-2.
Minn distanza ta’ ħames metri għal Olympiacos sabu x-xibka, Marton Vamos u Konstantinos Genidounias waqt li fallew Dimitros Dimou u Iannis Fortujis.
Dan filwaqt li għal Pro Recco skorjaw Francesco Di Fulvio, Gergo Zalanki, Aaron Younger u Francesco Condemi.
Pro Recco: 1-Marco Del Lungo, 2-Francesco Di Fulvio (3), 3-Gergo Zalanki (2), 4-Giacomo Cannella (1), 5-Aaron Younger (3), 6-Aleksandar Ivovic, 7-Andrea Fondelli, 8-Ben Hallock (1), 9-Alessandro Velotto, 10-Francesco Condemi (2), 11-Gonzalo Echenique (1), 12-Nicholas Presciutti, 13-Tommaso Negri Coach: Sandro Sukno
Olympiacos: 1-Marko Bijac, 2-Kostas Gouvis, 3-Georgios Dervisis, 4-Iannis Alavragis (1), 5-Luka Loncar, 6-Dimitris Nikolaidis, 7-Marton Vamos (3), 8-Konstantinos Genidounias (4), 9-Giannis Fountoulis, 10-Dimitros Dimou (1), 11-Iannis Fortujis (1), 12-Alexandros Papanastasiou (1), 13-Nikos Gkilas Coach: Hrvoje Koljanin
Referees: Adrian Alexandrescu (Rumanija) Sebastian Dervieux (Franza)