X’aktarx li ċeda glacier u kkawża l-għargħar devastanti fin-Nepal

Aqra wkoll

Wara l-għargħar devastanti u t-traġedja li ħalla warajħ fin-Nepal qrib il-fruntiera mat-Tiber, bdew joħorġu teoriji ta’ x’verament wassal għal dan il-katastrofi li qatel mijiet ta’ persuni u għadd ieħor li għadhom mitlufin. Xjenzati issa qed jaħsbu li x’aktarx li dak li ġara kien kaġun li ċeda glacieru kkawża l-għargħar devastanti. 

Fil-fatt, investigazzjonijiet preliminari saħħew din it-teorija wara li indikaw li l-kawża tal-għargħar f’daqqa fil-fruntiera bejn in-Nepal u t-Tibet kienet il-kollass ta’ glaċier. Dan jenfasizza l-kwistjoni tat-tidwib rapidu tas-silġ fil-Ħimalaja, kif sostnew ix-xjentisti.

Rapporti inizjali kienu dwar terremot wassal lil ħafna biex jemmnu li theżżiża kienet ikkawżat valanga ta’ tajn, li mbagħad wasslet għall-għargħar li ħasad il-ħajja ta’ mill-inqas 469 persuna.

Il-US Geological Survey (USGS) aktar tard iċċara li d-diżastru kien ikkawżat minn “kollass glaċjali” – fenomenu fejn glaċier, jew parti minnu, jinqasam u jiġġarraf. L-impatt tal-glaċier hekk kif ħabat mal-qiegħ tal-wied kien tant qawwi li rriżulta f’kobor (magnitude) ta’ 5.2, skont l-USGS u x-xjentisti li analizzaw l-avveniment.

Dr Simon Cook, espert fil-glaċieri mill-Università ta’ Dundee, qal li t-tim tiegħu skopra li l-parti t’isfel ta’ glaċier fin-Nepal – qrib il-quċċata tal-muntanja Langtang Lirung u madwar 15-il kilometru fil-punent tas-sit tal-għargħar, kienet iġġarrfet.

Huwa stima li l-glaċier iġġarraf f’direzzjoni lejn il-majjistral u mbagħad kompla miexi lejn il-punent tul il-korsa tal-ilma.

Analiżi mill-International Centre for Integrated Mountain Development (ICIMOD), istituzzjoni xjentifika intergovernattiva, sabet li seta’ kien hemm valanga ta’ silġ u blat li oriġinat minn żona f’altitudni għolja.

Dan wassal biex kwantità kbira ta’ silġ u blat imfarrak tidħol fil-Lende Khola, tributarju tax-xmara Bhote Koshi li mbagħad iġġenera żieda f’daqqa fil-fluss tax-xmara, li ġarret magħha ilma, sediment u blat kbir lejn in-naħa t’isfel.

Iċ-ċentru sab li l-livelli tal-ilma fix-xmajjar ’l isfel żdiedu b’bejn seba’ u disa’ metri fi spazju ta’ 30 minuta, u diversi stazzjonijiet tal-monitoraġġ tal-ilma nġarru mill-ilma jew ġarrbu ħsarat.

Minkejja li t-teoriji ta’ x’ġara jista jkunu qrib il-verita, madankollu għadu mhux ċar x’ikkawża l-kollass tal-glaċier nhar l-Erbgħa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport