Monday, September 23, 2024

X’temp qed nistennew din il-ġimgħa?

Aqra wkoll

Matul din il-ġimgħa, it-temperaturi mhux mistennija li jkunu daqshekk għoljin bħalma kienu fil-jiem ta’ qabel Santa Marija. Dan ma jfissirx li s-Sajf beda jnaqqas mill-qawwa tiegħu, anzi, il-ġimgħa d-dieħla nistennew mill-ġdid temperaturi għoljin.

Iżda din il-ġimgħa, skont is-sit l-Aġġornament tat-Temp, it-temp fil-gżejjer Maltin se jkun hekk:

Għada t-Tlieta mistenni riħ mill-Majjistral forza 5 b’ogħla temperatura tkun 31°C biex imbgħad l-Erbgħa nistennew temp ftit imsaħħab b’riħ forza 5 mill-Majjistral li jnaqqas sa filgħaxija għal forza 3. L-Erbgħa l-ogħla temperatura tkun 32°C.

Il-Ħamis imbgħad mistenni li jkollna temp xemxi b’riħ forza 3 mill-Punent Majjistru u jibqa l-istess anke matul il-jum tal-Ġimgħa bl-ogħla temperatura tkun ta’ 32°C.

Is-Sibt xemxi b’riħ forza 2 mill-Punent b’temperatura ta’ 31°C fejn il-Ħadd jiżdied ftit ir-riħ għal forza 3 bl-ogħla temperatura tkun dik ta’ 32°C.

Sport