Sunday, November 24, 2024

“Żagħżugħ ċajtier u ferrieħi li kien jiġbed in-nies lejh”

Aqra wkoll

Jingħata l-aħħar tislima ż-żagħżugħ li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku s-sibt li għadda

Għadd ta’ persuni, inklużi bosta żgħażagħ ħbieb ta’ Ismael Grima nġabru flimkien biex isellmulu għall-aħħar darba fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan.

Dawk preżenti laqgħu l-istedina li saritilhom biex jilbsu kif kien iħobb Ismael li qalu li komplew bil-karattru ċajtier tiegħu billi appellaw lil dawk li kienu se jattendu biex jilbsu “bir-relax”.

Fl-Omelija tiegħu, iċ-ċelebrant tal-quddiesa ddeskriva liż-żagħżugħ bħala persuna ta’ karattru ferrieħi, ċajtier, iħobb il-ħajja u li jiġbed in-nies lejh bil-kumpanija tiegħu.

Fi tmiem il-quddiesa, mal-ħruġ tat-tebut barra l-knisja bdiet tindaqq il-kanzunetta “You’ll Never Walk Alone” u tpoġġiet bandiera tat-tim tal-Liverpool fil-wiċċ tiegħu. Hawnhekk dawk kollha preżenti nfexxew f’ċapċipa kbira li sellmet il-memorja taż-żagħżugħ.

Sport