Royter Borg, raġel ta’ 27 sena residenti Bormla ammetta li ħebb għal raġel ieħor li jgħix fl-istess lokalità u konsegwneza ta’ dan kkaġunalu ġrieħi gravi. Hu ħebb għalih bi strument li jaqta’ u bil-ponta
Ir-raġel ammetta quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li wettaq dan ir-reat fil-21 ta’ Marzu li għadda. Minħabba li hu ammetta fi stadju bikri, il-Prosekuzzjoni ma tatx aktar dettalji dwar dak li seħħ.
Min-naħa tagħha d-difiża qalet li r-raġel għandu fedina penali netta u qed tittama li dak li seħħ isservih bħala tagħlima.
Il-Qorti kkundannat lil Borg sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Avukat Giuliana Magro mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Kurt Farrugia.