Friday, November 15, 2024

1,000 persuna Ukrena rċevew protezzjoni temporanja f’pajjiżna

Aqra wkoll

Bejn Marzu u Mejju tal-2022, ftit iktar minn 1,000 persuna Ukrena bbenefikaw minn protezzjoni temporanja f’Malta, b’76% ikunu nisa. 

Dan ħareġ minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq tagħrif li nġieb mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tar-Refuġjati. 

Iċ-ċifri juru li f’Marzu li għadda, Malta tat protezzjoni temporanja lil 191 persuna Ukrena, li żdiedu għal 395 f’April u 416 oħra f’Mejju għal total ta’ 1,002 persuni fi tliet xhur. 4% kienu minuri mhux akkumpanjati. 

Meta wieħed iħares lejn l-etajiet ta’ dawn il-persuni, isib li l-akbar ammont ta’ Ukreni li gawdew minn protezzjoni temporanja f’Malta kellhom bejn il-35 u l-64 sena (33%) segwiti minn dawk li għandhom inqas minn 14-il sena (29%) u dawk bejn it-18 u l-34 sena (23%).

Ekonomija

Sport