Sunday, December 22, 2024

18 il-vettura oħra misruqa fil-Kanada jinqabdu mid-dwana ta’ Malta

Aqra wkoll

Il-ħidma tad-dwana maltija qed ikollha riżultati sinifikanti u pożittivi fil-ġlieda tagħha biex tkisser il-kummerċ illeċtu li jkun se jgħaddi minn Malta

Dan huwa rifless fil-qbid ta’ kull xorta ta’ kuntrabandu li jkun daħal Malta minn pajjiżi oħra, fejn dan l-aħħar spikkaw l-iktar il-qabdiet ta’ vetturi misruqa partikularment mill-Kanada li jkunu destinati jgħaddu minn Malta fil-kontejners lejn pajjiżi oħra.

Sa issa, id-dwana ta’ Malta diġa rnexxielha taqbad u tikkonfiska 42 minn dawn il-karozzi misruqa li 18 minnhom inqabdu matul din il-ġimgħa. Is-suċċess ta’ din il-ħidma fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu hija partikularment dovuta għall-investiment kbir li sar kemm fir-riżorsi umani u kemm fil-makkinarju modern li qed jinxtara.

Sadanittant, il-Pulizija ta’ Malta u dik Kanadiża ġew infurmati bl-aħħar qabdiet ta’ vetturi misruqa u min-naħa tagħhom iż-żewġ korpi bdew bl-investigazzjonijiet meħtieġa mmedjatament.

Id-dwana Maltija diġa għenet lill-Pulizja Kanadiża tar-reġjun ta’ York biex din setgħet tressaq 9 persuni fil-qorti b’rabta mas-serq ta’ dawn il-vetturi.

F’Ottubru li għadda, l-awtoritajiet Kanadiżi rnexxielhaom jirkupraw 88 minn dawn il-vetturi misruqin li 24 minnhom ġew irkuprati wara li kienu interċettati mid-dwana ta’ Malta.

Ekonomija

Sport