Saturday, December 21, 2024

21 każ ta’ suwiċidju bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena

Aqra wkoll

Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena f’pajjiżna kien hawn 21 każ ta’ suwiċidju. Dan intqal mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo.

L-aktar xhur li fihom kien hemm suwiċidji kienu f’April u f’Lulju li għadda meta kien hemm 4 każi kull xahar. F’Jannar u Frar seħħew żewġ każi f’kull xahar filwaqt li f’Marzu kien hemm każ wieħed.

F’Mejju imbgħad kien hemm 3 każi filwaqt li f’Ġunju f’Awwissu u Settembru kien hemm każ wieħed f’kull xahar.

Il-Gvern ilu xhur sħaħ għaddej b’ħidma biex ikun hemm strateġija nazzjonali dwar il-prevenzjoni tas-suwiċidju. Fil-fatt fit-8 ta’ Novembru tas-sena li għaddiet il-Gvern kien ħabbar li matul din is-sena se titnieda l-istrateġija nazzjonali għall-prevenzjoni tas-suwiċidju.

Is-sena li għaddiet l-eks Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Christ Fearne waqt li kien qiegħed jippreżenta l-estimi tal-budget għal din is-sena kien qal li ““Malta għandha waħda mill-inqas rati ta’ suwiċidju fl-Ewropa. Però kull każ ta’ suwiċidju huwa traġedja. Aħna rridu naħdmu biex lanqas każ wieħed ma jkollna. Fl-2024 se nkunu qed inniedu strateġija nazzjonali għall-prevenzjoni tas-suwiċidju biex inkomplu nnaqqsu r-rata baxxa li diġà għandna kumparati mal-ewropa, ta’ suwiċidji.”

Ekonomija

Sport