Anzjana ta’ 84 sena mill-Ħamrun weġġgħet serjament wara li ntlaqtet minn vann
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun. Il-vann kien qed jinstaq minn raġel ta’ 67 sena residenti r-Rabat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-mara għall-kura fl-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


