Dun Martin Borg jingħata l-pussess bħala kappillan tal-Imqabba

Aqra wkoll

Dun Martin Borg, nhar il-Ħadd li għadda ngħata l-pussess bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Imqabba. Dan kien mument fejn il-komunità kollha tal-Imqabba ingħaqdet flimkien hekk kif Dun Borg beda dan il-ministeru ġdid tiegħu.

Hu ngħata l-pussess mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Waqt quddiesa fis-Solennità tal-Qaddisin Kollha u fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Martin Borg bħala kappillan tal-Imqabba, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ħeġġeġ lill-parroċċa tikber fil-fidi, fit-tama u fl-imħabba, taħt il-ħarsien ta’ Marija, Omm Ġesù u Omm il-Knisja.

Fakkar li lkoll imsejħin għall-qdusija billi ngħixu l-Beatitudnijiet – il-valuri tas-Saltna ta’ Alla – u l-imħabba ta’ Alla fil-ħajja ta’ kuljum. Saħaq li parroċċa mhijiex biss knisja sabiħa, iżda komunità li tpoġġi lil Ġesù fiċ-ċentru u taħdem flimkien għall-ġid ta’ kulħadd. L-Isqof ħeġġeġ ukoll lill-parruċċani biex jitolbu u jkunu bennejja tal-paċi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport