Sunday, December 22, 2024

Ħadd ma’ weġġa’ f’inċident fin-Naxxar hekk kif żewġ karozzi spiċċaw ħuġġieġa

Aqra wkoll

Ħadd ma weġġa’ hekk kif karozza ilbieraħ għall-ħabta tas-7:00 p.m fi Triq il-Labour fin-Naxxar spiċċat ħadet in-nar. Ikkonferma dan kelliem għall-Pulizija ma’ dan is-sit.

Intqal ukoll li l-karozza kienet ipparkjata u li minħabba n-nar li kien hemm, il-karozza li kienet iparkajata quddiema spiċċat ħadet in-nar ukoll.

Fuq il-post issejħu l-pulizija u membri tal-protezzjoni ċivili li kkontrollaw in-nirien.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport