Saturday, November 16, 2024

Il-GWU tiffirma Ftehim Kollettiv għall-ħaddiema kollha fid-Dipartiment tal-Inġinerija fil-Malta Freeport Terminal Ltd.

Aqra wkoll

It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni fi ħdan il-General Workers’ Union iffirmat Ftehim Kollettiv ieħor mal-Malta Freeport Terminal Ltd. Ftehim kollettiv li se jġib salarji, allowances u kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema kollha fid-Dipartiment tal-Inġinerija.

Grazzi għall-ħidma kollettiva tal-Kumitat li mexxa n-negozjar id f’id mal-kollegi sħabu, matul il-ħames snin li ġejjin se jibqgħu jaraw żidiet sostanzjali ta’ kull sena fil-pagi tagħhom fost kundizzjonijiet oħrajn. Il-Ftehim Kollettiv ġie ppreżentat u approvat mill-membri ftit ġranet qabel ġie ffirmat. 

Iffirmaw dan il-Ftehim Kollettiv is-Segretarju tat-Taqsima Sandro Vella, l-Assistent Segretarju tat-Taqsima Jurgen Azzopardi u l-membri tal-kumitat fi ħdan il-Malta Freeport Terminal Ltd., Anthony Vella, Clint Pisani, Brian Borg u Robert Borg. Filwaqt li f’isem il-Malta Freeport Terminal Ltd, iffirmaw il-Kap Eżekuttiv Alex Montebello u d-direttur għar-Riżorsi Umani Noel Scerri. 

Ekonomija

Sport