Saturday, December 21, 2024

“Il-ħajja bħal kaxxa ċikkulatini li qatt ma tkun taf x’se tieħu”

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Kif kienet tgħid Julia tiegħi; Il-ħajja hija bħal kaxxa ċikkulati li qatt ma tkun taf x’se tieħu u dan vera. Ġejna mberkin bir-rigal li hija Julia u ngħożżu għal dejjem kull mument u issa t-tifkira tagħha. Flimkien ma’ żewġi, binti, il-familja u l-ħbieb se nibqgħu nħarsu lejn is-smewwiet u nieqfu biex niftakru ħajjitha.”

Dan qalitu Rodianne, il-mama’ ta’ Julia, f’messaġġ fejn ħabbret li bintha tilfet ħajjitha mal-battalja mal-kanċer. Fl-istess messaġġ, Rodianne qalet li Julia messet ħafna qlub tan-nies u li kienet ta’ ispirazzjoni għal ħafna. 

Temmet li minkejja l-aħħar sentejn kienu iebsa, madankollu hija qatt ma qatgħet qalbha. Qalet ukoll; “Aktar b’saħħitha minnha lkoll u issa fl-aħħar se ssib il-mistrieħ li jixirqilha.”

Ekonomija

Sport