Saturday, December 21, 2024

Immultat €2,000 talli ammetta li kisser għamara ta’ waħda mill-kmamar f’lukanda fin-Naxxar 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 41 sena minn Għajnsielem kien immultat €2,000 wara li l-Qorti sabitu ħati li kisser xi għamara f’waħda mill-kmamr ta’ lukanda li tinsab fin-Naxxar. 

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Joseph Mallia spjegat li l-imputat, Vincent Falzon ġie arrestat fl-Isptar Mater Dei, hekk if dan ittieħed hemm għal osservazzjoni medika minħabba li kien qiegħed fis-sakra. 

Falzon kien mixli wkoll li waqt l-arrest insulta Surġent tal-Pulizija u li kisser il-mowbajl tar-receptionist tal-lukanda li kien qiegħed fiha hu. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni ddikjarat li l-akkużat skuża ruħu mas-Surġent u ħallas lura l-ħsarat li għamel fil-lukanda. 

Għal Mifsud deher l-avuakt George Anton Buttigieg.

Ekonomija

Sport