Sunday, December 22, 2024

Ippubblikata s-sejħa għall-offerti biex tinbena u titmexxa d-dar tal-anzjani ġdida fl-Imsida

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ħabbar li hekk kif kien imwiegħed, ġiet ippubblikata s-sejħa għall-offerti biex isir ix-xogħol fuq id-dar tal-anzjani fl-Imsida. 

B’investiment ta’ ’l fuq minn €13.5 miljun, id-Dar tal-Anzjani fl-Imsida ser tinbena mill-ġdid. Id-dar li twaqqgħet kien ilha għal snin twal ma jsirilha rinnovar estensiv u kienet tilqa’ 64 anzjan. Għaldaqstant kien deċiż li tinbena mill-ġdid ħalli tkun tista’ tilqa’ aktar minn 114-il anzjani u tkun tista’ toffri servizzi tal-ogħla livell. Kienet ittieħdet id-deċiżjoni ukoll li l-anzjani li kienu jgħixu f’din id-dar jiġu rilokati.

Fl-istadju tal-ippjanar, mhux biss ittieħdet b’kunsiderazzjoni għall-kwalità tal-ħajja tal-anzjani, iżda ngħata wkoll importanza l-aspett ambjentali ta’ dan il-proġett. B’hekk is-sejħa għall-offerti qed tirrikjedi li din id-dar tinbena bi standards għoljin favur aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija u qed tingħata importanza wkoll l-estetika tal-binja.


Aktar kmieni din is-sena, il-gvern kien ħabbar ukoll li ħarġet sejħa għall-offerti biex tinbena dar tal-anzjani ġdida f’Bormla. Dan ikompli juri l-investiment li l-gvern qed jagħmel biex jiżgura li qed jiġu offruti residenzi tal-ogħla livell lill-anzjani tagħna.

Ekonomija

Sport