Nassir Musbah Ali ta’ 31 sena mill-Etjopja kien ikkundannat sentenza sospiża wara li ammetta li seraq oġġetti minn karozza pparkjata fil-Birgu.
L-Ispettur Paul Camilleri spjega fil-Qorti li Musbah Ali kien irnexxielu jisraq basket li kien fih mobile phone u kartiera minn karozza, qabel ma nżamm minn persuna li ratu jwettaq ir-reat u sussegwentement ġew il-pulizija fuq il-post.
Il-Qorti kienet infurmata wkoll li l-imputat ipprova jaħrab mill-kustodja tal-pulizija iżda ġie arrestat. Intqal ukoll li l-oġġetti misruqa kienu rritornati lura lil sidhom fuq il-post.
Musbah Al, li fil-Qorti qal li jirrisjedi fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far u li m’għandux impjieg fi f’pajjiżna, wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih anke wara li ngħata aktar żmien biex jaħsibha.
Fid-dawl ta’ din l-ammissjoni, il-Maġistrat Lara Lanfranco sabitu ħati u kkudannatu sena ħabs sospiżi għal sentejn.