Monday, December 23, 2024

Jeremie Camilleri se jingħata s-sentenza fil-5 ta’ Marzu 

... kien ammetta li qatel lil Pelin Kaya

Aqra wkoll

Jeremie Camilleri, li ammetta li qatel lil Pelin Kaya, se jkun qed jingħata s-sentenza x-xahar id-dieħel.

Kien il-ġimgħa li għaddiet, meta Camilleri ammetta li fit-18 ta’ Jannar 2023, qatel lil Kaya fil-Gżira wara li saq għal fuqha.

Matul il-jum tat-Tlieta, Camilleri deher quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, li ħadet nota tal-applikazzjoni mill-Prosekuzzjoni u d-Difiża fejn kien hemm qbil dwar il-piena li kellha tingħata.

Fl-istess waqt, iddiferiet il-kawża għas-sentenza għall-5 ta’ Marzu li ġej.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Kaylie Bonnett u Nathaniel Falzon mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukati Alfred Abela u Rene’ Darmanin qed jidhru għal Camilleri.

L-Avukati Shazoo Ghaznavi, Charlon Gouder u Ramona Attard dehru parte civile. 

Ekonomija

Sport