Raġel ta’ 63 senaqed jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akużat li. kellu argument ma’ żewġ ħaddiema u li waqt l-istess argument għamel użu minn turnavit sabiex iħebb għalihom.
Il-Prosekkuzzjoni spjegat li l-akkużat u ż-żewġ vittmi jaħdmu fl-istess triq. Ingħad li l-vittmi ma ħallewhx jgħaddi bil-karozza u li hu pprova jitrassas. Kien hemm fejn inqala l-argument u l-akkużat spiċċa jiġri warsa ż-żewġ vittmi, waqt li ħebb għalihom bl-istess turnavit imsemmi.
Min-naħa tagħha, id-Difiża spjegat li hemm ħafna verżjonijiet u li ħadd mhu qed jaqbel ma’ ħadd. Il-Prosekuzzjoni ma qablitx ma’ dak li qalet id-Difiża, bl-arument li l-kuntrattur li kien qed jaħdem beża’ u żarma minn fejn kien qed jaħdem.
Wara li wieġeb mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, l-akkużat inżamm arrestat. Huwa kien imwissi mill-Qorti li jekk ikellem lill-allegati vittmi jista’ jeħel sa sentejn ħabs jew multa ta’ €7,000
Il-każ ikompli ġimagħtejn oħra.