Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, ġriet l-aħbar li kien seħħ inċident fatali f’Ħal Luqa li ħasad il-ħajja taż-żagħżugħ ta’ 21 sena Ismael Grima.
Konna bosta dawk li fuq is-sit soċjali ta’ Facebook kitbu messaġġi ta kondoljanzi, b’bosta oħrajn ifakkru u jsellmu l-memorja taż-żagħżugħ li flimkien mat-tfajla tiegħu kienu nvoluti fl-inċident tat-traffiku.
F’messaġġ partikoari, ħabib ta’ Ismael kiteb kif mhuma qatt se jinsew il-qalb tad-deheb li huwa kellu. Il-ħabib tiegħu, semma’ kif sħabu kienu lkoll ħerqana bix jarawh jibda l-lezzjonijiet ta’ DJ.
It-tfajla tiegħu, Shazell Vella tinsab rikoverata f’Mater Dei.