Il-futbol Ġermaniż jinsab f’luttu hekk kif il-winger lemini ta’ Jahn Regensburg, Agyemang Diawusie miet fl-eta’ ta’ 25 sena. Dan il-klabb jilgħab fit-tielet diviżjoni Ġermaniża u fi stqarrija fakkru l-memorja ta’ dan il-plejer li kellu wkoll ix-xorti jilbes il-flokk tat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu fil-livell ta’ taħt id-19-il sena.
Hekk kif hu lagħab l-aħħar ma’ Regensburg fl-4 ta’ Novembru li għadda kontra 1860 Munich, il-kawża tal-mewt tiegħu għadha mhux magħrufa.