Friday, December 27, 2024

Ninvestu f’Saħħitna’ – Organizzat seminar dwar l-importanza ta’ dieta bilanċjata permezz tal-ħut

Aqra wkoll

Is-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali organizza seminar bl-isem ‘Ninvestu f’Saħħitna’, f’Dar Kenn għal Saħħtek, l-Imtarfa. Dan is-seminar ġie indirizzat minn numru ta’ kelliema li ġejjin minn setturi differenti u li tkellmu dwar l-importanza li wieħed jiekol b’mod bnin, fuq l-importanza li nikkunsmaw il-ħut biex nieħdu n-nutrijenti meħtieġa u fuq l-importanza li wieħed jagħmel aktar eżerċizzju fiżiku, fost temi oħra.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura, u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said indirizzat dan is-seminar u tkellmet dwar il-bżonn li aktar nies jinkludu l-ħut fl-ikel tagħhom.

“Hemm bżonn li ninkludu aktar il-ħut fl-ikel tagħna ta’ kuljum, hekk kif dan joffri ħafna nutrijenti essenzjali għal ġisimna. Il-prodott frisk u lokali huwa dejjem l-aħjar għażla li wieħed jista’ jkollu fid-dieta tiegħu. Nafu kemm il-produtturi lokali jimpenjaw ruħhom sabiex joffru l-aqwa prodott liċ-ċittadini tagħna. Jekk nieklu aktar ħut lokali, minbarra l-benefiċċju għal saħħitna, inkunu qegħdin ukoll nappoġġjaw lis-sajjieda tagħna f’ħidmiethom,” qalet is-Segretarju Parlamentari .

Hija temmet tgħid li impenjati li jżidu aktar għarfien dwar il-benefiċċji li jagħtina l-ħut għal saħħitna u dwar  il-bżonn li nikkunsmaw aktar il-prodott lokali u frisk.

Fost il-kelliema preżenti għal dan is-seminar, kien hemm l-ispeċjalista fit-Terapija Ħolistika Joyce Muscat, il-Ġinekologa Dr Margaret Spiteri, Kowċ fl-Eżerċizzju Fiżiku Matthaeus Grasso, l-Ispeċjalista fl-Iżvilupp tat-Tfal Dr Nadette Spiteri, in-Nutrizzjonista Daniele Maniscalco u d-Direttur fi ħdan il-Ministeru, Sonya Sammut.

Ekonomija

Sport