Filwaqt li kompla t-taħriġ tar-rekluti fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-ħidma tad-Dipartiment tista’ tgħid li ma tieqaf qatt b’ħafna minn xogħolhom ħafna drabi lanqas tasal għand il-pubbliku.

Fl-aħħar jiem huma ntalbu jassistu fl-inħawi t’Għajn Tuffieħa wara li Paraglider sab ruħu f’diffikultà.
Fi ftit ħin huma flimkien ma’ tim mediku taw l-ewwel assistenza fuq il-post u setgħu jiġu evitati konsegwenzi ulterjuri.