Sunday, December 22, 2024

Protesta barra l-Qorti t’Għawdex hekk kif l-Arċisqof deher biex jixhed

Aqra wkoll

Residenti tal-Qala u n-Nadur laqgħu lill-Arċisqof Scicluna bi protesta barra l-Qorti ta’ Għawdex hekk kif dan xehed fil-każ ta’ familja mill-Qala li qed tiġi mhedda bi tkeċċija minn darha.

Il-moviment Graffiti qal li dan qiegħed iseħħ wara li l-Arċisqof Scicluna għadda l-kontroll ta’ fondazzjoni medjevali lil negozjanti u spekulaturi, u li issa allegatament qed jheddu ħafna familji bi tkeċċija min djarhom, jgħollu l-qbiela lill-bdiewa u jagħtu l-art għal żviluppi massiċċi.

L-Arċisqof kien akkumpanjat minn numru uffiċjali tas-sigurtà, filwaqt li l-Pulizija għalqu l-parkeġġ u żoni madwar il-Qorti.

Ekonomija

Sport