Qabel il-ġuri Lorin Scicluna kien ġie offrut ftehim ta’ 30 sena ħabs… iżda rrifjuta

Aqra wkoll

Qabel ma beda l-ġuri ta’ Lassane Cisse, Lorin Scicluna ta’ 29 sena kien offrut ftehim li jammetti u jiġi kkundannat 30 sena ħabs… iżda hu rrifjura u ta direzzjoni lid-difiża tiegħu biex ikomplu għaddejjin bil-ġuri.

Rapporti fuq Times of Malta qalu li d-difiża ta’ Scicluna kienu ġew avviċinati b’dan il-ftehim ftit jiem qabel id-data skedata għall-ġuri.

Minflok aċċetta l-ftehim, huwa ta struzzjonijiet lill-avukati tiegħu biex jipproċedu bi proċess quddiem ġuri.

Scicluna nhar il-Ħadd ġie lliberat minn akkużi ta’ qtil li setgħu tawh sentenza ta’ għomor il-ħabs. L-unika żewġ akkużi li Scicluna nstab ħati fuqhom kienu dik tal-feriti ta’ natura gravi fuq May Malimi u użu ta’ vettura mingħajr numru ta’ reġistrazzjoni.

Skont il-liġi għal dawn l-akkużi, Scicluna jista’ jeħel sa massimu ta’ seba’ snin ħabs. 

L-Imħallef Natasha Galea Sciberras qalet li s-sentenza finali fil-konfront ta’ Lorin Scicluna se tingħata nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Novembru għall-ħabta tan-12.30.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport