Sunday, November 24, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Xatt Lascaris, il-Belt Valletta

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, għall-ħabta 1.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku f’Xatt Lascaris, il-Belt Valletta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn Nissan Leaf misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Birżebbuġa u mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 36 sena residenti l-Furjana.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport