Raġel ta’ 58 sena residenti Marsaskala jinsab fil-periklu tal-mewt wara li aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas- 1:30 a.m kien involut f’inċident bejn żewġ vetturi li jintużaw biex jinġarru containers fil-Port Ħieles, Birżebbuġa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ inġenji li kienu qed jinstaqu minn raġel ta’ 30 sena residenti r-Rabat u minn raġel ta’ 58 sena residenti Marsaskala.
Fil-post issejaħ tim mediku flimkien mal-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex ir-raġel ta’ 58 sena ingħata l-għajnuna neċessarja sakemm huwa seta jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.