Raġel ta’ 58 sena u residenti Ħaż-Żebbuġ, għall-ħabta tas-2.00pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira, ir-Rabat.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Yamaha Crypton, tilef il-kontroll u waqa’ .
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.