Sunday, September 15, 2024

Taljan li kien qed isuq ir-rota jintlaqt minn vettura wara ħabta bejn żewġ karozzi

Aqra wkoll

Taljan ta’ 37 sena residenti Tas-Sliema kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għal kura wara li għall-ħabta tas-1.30pm intlaqat vettura fi Triq Santa Marija.

L-inċident seħħ hekk kif żewġ vetturi ħabtu flimkien bil-konsegwenza li waħda mill-vetturi marret għan-naħa tal-bankina li minn hemm kien għaddej it-Taljana.

Il-vettura l-oħra mal-ħabta spiċċat ħabtet ma’ żewġ vetturi oħrajn li kienu pparkjati.

Is-sewwieqa tal-vetturi ma sofrew l-ebda ġrieħi filwaqt li tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei mar fuq il-post biex jassisti lit-Taljan.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw.

Ekonomija

Sport