Tifel ta’ 9 snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8.15pm waqa’ minn tieqa ta’ residenza għoli 2 sulari.
Il-Pulizija fi stqarrija qalet li huma ntalbu li jassistu fi Triq Wied in-Noqor, f’Ħal Luqa.
Mill-ewwel investigazzjonijiet kien irriżulta li t-tifel ta’ 9 snin kien waqa’ minn tieqa. Kien għalhekk li fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.