Malti ta’ 43 sena residenti l-Belt Valletta ġie arrestat mill-Pulizija t-Tlieta filgħodu, fi Triq is-Serkin il-Marsa, b’rabta ma’ traffikar tad-droga. Dan riżultat ta’ azzjoni immedjata wara investigazzjonijiet mill-Pulizija.
Dawn l-investigazzjonijiet wasslu għal sejba ta’ 41 borża ta’ sustanza suspettata eroina u kokaina, flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.
Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u dwar il-każ inħatret Inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Philip Galea Farrugia.
Il-Pulizija qed tkompli tinvestiga