Mijiet ta’ persuni dalgħodu marru l-Belt Valletta biex jieħdu sehem fil-protesta “Xebbajnuna” li kienet organizzata mill-Moviment Graffitti li magħhom ingħaqdu għaqdiet ambjentali oħrajn.
Bid-daqq tat-tnabar, il-mijiet imxew fit-toroq tal-belt jgħajtu “Tiżfnu mad-daqqa tal-Iżviluppaturi”.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/05/Protesta-2-1.jpg)
Waqt il-protesta saru diversi talbiet fosthom li jkun hemm bidla fil-politiki tal-ippjanajr li qed jagħmlu tant ħsara lill-pajjiżna. Talbu wkoll li kjun hemm awtoritajiet pubbliċi indipendenti li mhumiex ikkontrollati mill-politiċi u min-negozji.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/05/Protesta-4.jpg)
Id-dimostranti ressqu talba biex il-mudell ekonomiku sostenibbli li jkun ibbażat fuq l-użu ġust u effiċjenti tar-riżorsi minflok fuq tkabbir ekonomiku bla rażan.