Friday, November 22, 2024

Tliet snin ħabs għal anzjan li kellu materjal pornografiku tat-tfal

Aqra wkoll

Ronnie Farrugia, anzjan ta’ 64 sena minn Bormla ġie kkundannat 3 snin ħabs hekk kif lejn l-aħħar t’Ottubru ammetta quddiem il-Maġistrat Monica Vella li fil-pussess tiegħu kellu materjal pornografiku tat-tfal u xerrdu ma’ terzi.

Il-Prosekuzzjoni qalet li bdiet tinvestiga lil Farrugia wara li rċiviet 3 rapporti li rċiviet mis-Cybercrime Unit miċ-Ċentru Nazzjonali għat-Tfal Nieqsa u Sfruttati, NECMEC, ibbażat fl-Istati Uniti.

Farrugia wara li tressaq il-Qorti kien ingħata l-ħelsien mill-arrest hekk kif il-Maġistrat kienet iddeċidiet li ma kinitx se tagħti s-sentenza dakinhar li tressaq u anke li ammetta l-akkużi.

Il-Prosekuzzjoni talbet lill-Qorti biex Farrugia jitniżżel fuq ir-reġistru tal-pedofeli, fejn il-Maġistrat Vella laqgħet din it-talba. Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Elton Buckingham u Carl Pace.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport