Sunday, December 22, 2024

Transport Malta Tiċħad Allegazzjonijiet Riċenti kontra t-Taqsima tal-Infurzar Marittimu

Aqra wkoll

Transport Malta tiċħad kategorikament l-akkużi li saru riċentament u li dehru f’rapporti talmidja kontra t-Taqsima tal-Infurzar Marittimu.

L-Awtorità tikkjarifika li l-ebda uffiċjal ma ngħata kariga ta’ konsulenza bi ħlas ta’ €3000 fix-xahar biex jaħdem mid-dar. Inkjesta interna ma sabet l-ebda evidenza ta’ att ħażin, u l-kwistjoni ġiet mgħoddija lill-Pulizija sabiex jekk hemm bżonn issir investigazzjoni ulterjuri.

Pero jidher ċar li m’hemm l-ebda bażi flallegazzjonijiet li saru u qed ikomplu jsiru.
Transport Malta, kif dejjem għamlet, tibqa’ tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet.

TransportMalta ma tittollera ebda forma ta’ korruzzjoni jew abbuż. Infatti, l-Awtorità waqqfet ukoll Taqsima tal-Compliance ġdida biex tiżgura l-ogħla standards ta’ integrità u trasparenza floperazzjonijiet tagħha.

L-Awtorità tinsab impenjata biex tkompli tassigura s-sigurta’ u l-infurzar marittimu fl-ibħra talgżejjer tagħna.

Ekonomija

1 kumment

  1. Meta ministri u segretarji parlamentari se jqumu minn bil qeda u jibdew jifthu l kawzi kontra min jaqla dawn ix xnighat.Qumu minn hemm.

Comments are closed.

Sport