Tuesday, December 24, 2024

Fl-aħħar xhur il-gvern alloka kważi €50 miljun għas-settur tal-Ġustizzja

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt is-seduta parlamentari tal-lejla l-Ministru Attard fakkar li erba’ xhur ilu, il-Gvern ġie quddiem il-poplu b’budget li joffri ċertezza u stabbilità. Qal li l-Gvern alloka l-akbar numru ta’ fondi għas-settur tal-ġustizzja b’allokazzjoni ta’ kważi €50 miljun, aktar mid-doppju tal-aħħar allokazzjoni li kien għamel Gvern Nazzjonalista lura fl-2012. 

Qal li l-Gvern laqa’ t-talba għaż-żieda fil-ġudikatura u llum pajjiżna għandu l-akbar numru ta’ ġudikatura fl-istorja – total ta’ 51 ġudikanti, żieda ta’ 24% mill-2012. Illum għandna l-akbar ammont ta’ ħaddiema jaħdmu mal-aġenzija għas-servizzi tal-Qrati, żieda ta’ 86 ħaddiem fuq l-2012. L-ispiża fuq il-pagi tal-istess ħaddiema aktar minn irdoppjat. Dan filwaqt li komplew jitjiebu l-kundizzjonijiet tagħhom.

“Wegħedna li se ninvestu fl-infrastruttura. Illum dak li qed nagħmlu. Żidna l-uffiċini, żidna l-kmamar inkluż għas-seduta tal-perizji ġewwa l-bini prinċipali, awla ġdida fil-Qorti tal-familja.

“In-nefqa fuq l-esperti fl-aħħar snin kienet bla limitu. Aktar minn disa’ darbiet aktar minn dak li kien jintefaq lura fl-2012. Fl-aħħar sentejn infaqna medja ta’ €8.5 miljun fis-sena fuq esperti biex jassistu fl-inkjesti,” tenna l-Ministru għall-Ġustizzja.

Ekonomija

Sport