Monday, November 25, 2024

Ġurnata għall-familja kollha mal-Korpi Dixxiplinati

Aqra wkoll

Bħal ma qed jiġri kull tmiem il-ġimgħa sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, l-attivitajiet  ‘Inwettqu Flimkien’ illum il-Ħadd 14 ta’ April se jkomplu dawn l-attivitajiet, b’ġurnata għall-familji Maltin u Għawdxin mal-Korpi Dixxiplinarji li qed issir fl-Akkademja tal-Pulizija f’Ta’ Kandja.  

Bejn l-12:00p.m u s-6:00p.m, il-pubbliku huwa mistieden biex jattendi fl-Akkademja tal-Pulizija f’Ta Kandja, fejn fost oħrajn se jittellgħu diversi attivitajiet marbuta mal-Forzi Dixxiplinarji li jinkludu id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Korp tal-Pulizija, l-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi u l-Forzi Armati ta’ Malta.   

Fost l-attrazzjonijiet hemm dawk immirati għat-tfal imma mhux biss. Dan hekk kif kull kellu ‘l fuq minn 18–il sena seta’ jipprova u jispara b’arma tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Se jkun hemm ukoll bosta wirjiet fosthom ta’ vetturi minn kull entità, titjir bi drones mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u t-Taqsima tal-Forensika, il-banda tal-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi mwaqqfa s-sena l-oħra, abseiling u dawk tal-RIU. 

Il-pubbliku li se jattendi, se jkollu wkoll l-opportunità li jitkellem ma’ għadd ta’ uffiċjali,  dwar il-ħidma tagħhom għaċ-ċittadin, fosthom il-Pulizija.

Sport