Wednesday, December 25, 2024

IL-BUDGET GĦALL-24 TA’ OTTUBRU

Aqra wkoll

Il-budget għas-sena d-dieħla se jiġi ppreżentat nhar it-Tnejn 24 t’Ottubru. Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela f’kummenti li għadda lill-ġurnalisti minn New York fejn se jkun qed jipparteċipa fis-77 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Fil-kummenti tiegħu, il-Prim Ministru spjega li l-prijoritajiet ewlenin tal-budget huma l-istabbiltà u s-sostenibbiltà. 

Huwa reġa’ tenna l-prinċipju tal-gvern li jgħin in-nies, prinċipju li kien spjegat fid-dettall fid-dokument ta’ qabel il-budget li ppreżenta l-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana, fl-aħħar jiem.

“Il-miżuri kollha li se nniedu, ikunu sostenibbli sa dik il-ġurnata li jibqa’ meħtieġ li l-Gvern jassisti f’diversi setturi… fil-qasam tal-enerġija, tal-fjuwils fost oħrajn. Fid-diversi setturi li qed ngħinu diġa’. Dawk huma l-prijoritajiet li għandna bħalissa,” tenna l-Prim Ministru.

Ekonomija

Sport