“Nhar is-Sibt niġu nagħtuk tislima kif jixraqlek, Anna,” kiteb Bjorn Formosa fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook. It-tislima ta’ Anna, li mietet fl-età ta’ 58 sena, se jsir nhar is-Sibt li ġej, 2 ta’ Settembru, fit-8:30 a.m. fil-Parroċċa tal-Mosta.
Fl-istess waqt, Bjorn xerred ritratt tiegħu u ta’ Anna li kien l-ewwel ritratt li ħadu flimkien appena hija rifset l-għatba ta’ DAR Bjorn biex fl-istess jum li saret waħda mir-residenti tad-DAR: “Qed tarawha dik it-tbissima? … sal-aħħar ġurnata baqgħet biha. Kienet tapprezza kollox u tħobb lil kulħadd. Mhux ta’ b’xejn meta kienet waitress kienu jmorru r-restaurant minħabba fiha”.