Madwar id-dinja kollha għada se jiġi ċċelebrat Jum il-Mara. F’pajjiżna, dan il-jum fih sinjifikat speċjali, meta Maria Farrugia tagħlaq l-età venerabbli ta’ 112-il sena.
Ftit huma dawk in-nisa f’Malta li jilħqu din l-età. Fil-fatt, Farrugia hija l-aktar mara li qatt għexet fost il-Maltin u l-Għawdxin sa minn meta bdew jinżammu r-rekords mir-Reġistru Pubbliku fl-1863.
Maria hija mill-Mosta, imwielda Galea u kienet iżżewġet lil Ġorġ Farrugia. Matul ħajjitha esperjenzat iż-żewġ gwerer dinjin u bosta avvenimenti storiċi oħra li ra pajjiżna.